Sa mill-qedem, il-Belt Cospicua, kienet maghrufa ghal diversi opri ta' arti li kienu jinsabu fil-Parrocca, iddedikata lil Marija Immakulata. Missirijietna, riedu li din tkun meqjusa bhala wahda mill-aqwa knejjes f'Malta, f'dak li hu xoghol fil-fidda. Fil-fatt, naraw li din il-Knisja hija l-iktar wahda rikka mal-Knisja ta' San Pawl il-Belt, f'Malta kollha. Dan kollu nafuh lil missirijietna li hallewna dan il-wirt sabih. Fl-ewwel parti ta' l-artiklu se nirreferi ghall-ventartali li ghandna fil-Parrocca, fil-waqt li fit-tieni parti se nitratta xoghol iehor fil-fidda li nsibu fil-parrocca.
Jekk fil-jiem sbieh tal-Festa ta' Marija Immakulata, nduru dawra mal-Knisja, nistghu ninnutaw li fuq kull artal naraw ventartal tal-fidda. Jekk nibdew mill-kappellun ta' San Guzepp naraw li fuq dan il-ventartal, fic-centru tieghu, naraw bahhar fuq xini waqt maltempata qalila, u qed jitlob lil San Guzepp, li narawh fin-naha ta' fuq tal-ventartal. Dan huwa wiehed mill-iktar ventartali antiki li nsibu fil-parrocca u ma nafux ta' min huwa d-disinn tieghu.

Fil-Kappellun tal-Kurcifiss ukoll naraw opra ta' arti fil-fidda ohra. Dan il-ventartal huwa iehor uniku ghall-fatt li fic-centru tieghu naraw zewg angli adoraturi, li qed iqimu s-Salib li jinsab taht forma ta' tuzell. Din hija haga rari li f'ventartal issib forma ta' tuzell, u allura huwa dan wiehed mill-fatturi li jaghmel dan il-ventartal uniku. Dan il-ventartal huwa xoghol l-Bormliz Abram Gatt, li ma tista' qatt isemmi lilu u ma ssemmiex lil Beltna.

Il-ventartal ta' San Mikiel naraw li jiddomina fic-Centru tieghu, hemm is-Simbolu tal-Qaddis, igifieri, it-Trijanglu bl-Ghajn go fih, li jissimbollizza lit-Trinita' Qaddisa. Fil-gnubijiet tieghu naraw zewg figuri ta' angli (wiehed kull naha) li f'idejhom ghandhom skrizzjonijiet. Huma qeghdin go speci ta' nicec. Madwar ic-centru tal-ventartal naraw li hemm xoghol ta' fidda mmartellata, li din hija meqjusa bhala l-iktar xoghol rikk li jista jkun hemm fil-fidda.

Zgur li l-isbah ventartal li Bormla hija maghrufa ghalih, huwa l-ventartal li hemm fuq l-artal ta' San Mark. Tisboq ic-centru ta' dan il-ventartal hemm xbieha ta' Marija Immakulata. Fin-naha ta' fuq tal-ventartal naraw l-Iljun, simbolu ta' San Mark Evangelista. Fil-gnubijiet tieghu, naraw zewg figuri ta' evangelisti li huma mdahhlin fi speci ta' nicec ukoll. Tajjeb li nsemmu li dan il-ventartal ghandu storja li tisboq lil ta' l-ohrajn kollha. Meta l-vara tal-Kuncizzjoni saret tal-fidda, kien hemm il-hsieb li din issir tal-fidda bil-bradella u l-bankun b'kollox. U ghalhekk l-iskultur Abram Gatt kien tqabbad biex jaghmel id-disinn ta' dik li kellha tkun il-bradella u l-bankun tal-vara. Jidher illi x-xoghol fuqa nbeda u kienet tlestiet il-faccata li llum insibu bhala ventartal. Meta raw id-disinn sabih u mirqum li kien fiha din il-parti, hasbu li l-vara hija wisq semplici fil-hlewwa taghha u bdew jigu certi dubji li l-fatt li l-bankun kien se jkun tal-fidda, kien se jigbed attenzjoni iktar mill-vara, anki f'dak li huwa disinn. B'hekk naraw li giethom l-idea li x-xoghol fuqha jitwaqqaf mill-ewwel u la darba fil-parrocca kellna artal ddedikat lil San Mark, il-parti lesta, setghet tintuza bhala ventartal ghalih.
Jekk immorru issa fuq in-naha l-ohra tal-Knisja, faccata ta' l-artal ta' San Mark insibu dak ta' San Dimitri. Il-ventartal tieghu huwa sabih ukoll, b'mod specjali ghad-disinji li fih. Fic-centru tieghu naraw bust tal-Qaddis imsemmi jzomm f'idu l-leminija l-palma tar-rebha fuq il-martirju. Fin-naha ta' fuq ta' l-iskudett li fih tinsab l-immagini tal-qaddis, naraw li hemm kuruna li hija wkoll is-simbolu li jinghata lill-martri, bhala turija ta' rebha. Fic-centri tal-gnubijiet tieghu, naraw li jisboq id-disinn hemm zewg irjus ta' puttini.

L-artal li jmiss issa huwa l-artal ta' San Gwann Evangelista. Dan l-artal ghal hafna zmien ma kienx jitgawda billi fuqu kien hemm in-nicca tal-Kuncizzjoni. Allura nistghu nghidu li l-ftit li kien jitgawda dejjem kien ikun armat bil-fidda tieghu, billi ghall-granet tal-festa, in-nicca kienet tizzarma. Fic-centru tal-ventartal naraw il-Haruf fuq messal li fih is-seba taqsimiet tal-Knisja u f'idu naraw is-Salib fl-Iskirzzjoni, "ECCE AGNUS DEI" (Dan Hu l-Haruf t'Alla) li huwa s-simbolu ta' Qaddis. Huwa ventartal semplici fid-disinn, pero sabih fid-dehra tieghu.

L-artal li jkun imiss huwa l-artal li fost il-Bormlizi huwa maghruf bhala ta' Santu Kruc, billi bhala sotto kwadu, hemm xbieha mirakoluza tar-Redentur. Allura wiehed jista' jobsor li s-suggett tal-ventartal se jkun l-istess wiehed. Fil-fatt, fic-Centru tal-Ventartal naraw immagini helwa u sabiha ta' Gesu mghobbi bis-Salib, li tixbah kemxejn li dak tal-pittura. Ftit il-boghod mic-centru tal-ventartal naraw zewg puttini li min warajhom hergin lanza u sponza, fil-waqt li taht ix-xbieha tar-Redentur naraw tliet imsiemer. Fuq kull naha imbghad hemm zewg puttini li qed izommu zewg skrizzjonijiet (wahda kull wiehed), wiehed SPQR u l-ohra INRI. Dan l-ventartal huwa disinn tal-Bormliz Abram Gatt.

Il-Kappellun ta' Santa Katerina, qatt ma kellha ventartal li ghandu x'jaqsam mal-Qaddisa. Jista' jkun li dan huwa kollu rizultat li ma kienx hawn fratellanza taghha. F'dan il-kappellun insibu ventartal li huwa propjeta' tal-Fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju u allura jista' jkun ukoll li billi din il-fratellanza kienet wahda mill-iktar bikrija, u dejjem rat kif se zzejjen il-knisja, kienet ghamlet ventartal hija ghal dan l-artal. Id-disinn huwa attribwit lil Hyzler. Fih fic-centru naraw statwa ndaqqsa li hija mqabbza mill-ventartal, tal-Madonna tar-Ruzarju. Id-disinn ta' madawra huwa sabih ferm. Id-disinn tieghu qieghed mahdum apposta li meta tarah mill-boghod, l-attenzjoni tieghek tmur mill-ewwel fuq il-Madonna tar-Ruzarju.
Fil-Kappella tas-Sagrament, naraw li wkoll hemm ventartal tal-Madonna tar-Ruzarju, billi t-titular f'din il-Kappella huwa tal-Madonna taht dan it-titlu. Huwa xoghol iehor ta Hyzler, biss din id-darba naraw li zamm l-istil tradizzjonali, igiefieri li fic-centru tal-Ventartal hemm Nome di Maria li fin-naha t'isfel taghha hemm kuruna tar-Ruzarju flimkien ma' ghadd kbir ta' ward. Fil-gnub ta' dan il-ventartal, naraw il-qamh u l-gheneb li huma simboli ta' l-Ewkaristija. Allura naraw li dan il-Ventartal fih zewg suggetti dfferenti li hemm inkoporati fil-Kappella, igifieir dak tas-Santissimu Sagrament, kif inhi maghrufa l-Kappella fost il-Bormlizi u dan tar-Ruzarju li taghha hemm it-titular f'din il-Kappella.

Ovjament, l-attenzjoni ta' kulhadd f'kull knisja huwa l-artal maggur. Dan ghandu l-ventartal li huwa xoghol tal-Profs. Nikola Zammit. Fic-centru ta' kollox hemm Salib zghir, li huwa ndaqs minn kull naha, li minnu naraw hierga id-dijja. Mad-dawra ta' dan is-salib hemm tnax-il stilla li jfakkruna fl-Immakulata. Iktar l'hemm mic-centru naraw l-erba' simboli ta' l-Evangelisti, (l-Anglu, Ljun, Baqra u Ajkla) li f'idejhom ghandhom skrizzjoni kollha u li maghhom hemm idur ukoll disinn helu u sabih. Fil-gnub tal-ventartal hemm is-simboli ta' l-Ewkaristija (qamh u gheneb) fil-waqt li fuq fil-gnub, f'zewg crieki naraw is-Simboli ta' Kristu li huma l-Alpha u l-Omega.

Il-mensola wkoll ghandha ventartal zghir taghha, li fih naraw in-Nome di Maria fic-centru, li maghha hemm ukoll il-gilji hirgin minn fejn il-qamar. Mad-dawra kollha ghandu disinn helu hafna, li jpaxxi l-ghajn ta' kull min jarah. Fuq din il-mensola, fil-granet tal-festa nkunu nistghu ngawdu diversi opri ohrajn li jintuzaw fic-celebrazzjonijiet ta' zmien il-festa, li huma xoghol sabih fil-fidda u d-deheb. Fil-quccata tal-Mensola, jkun hemm espost Kalci li kien intbaghat Bormla, mill-Qdusija Tieghu l-Papa San Piju X, fl-1905 mal-Kardinal Domenico Ferrata. Zgur dan ghandu jitqies bhala wiehed mill-aqwa tezori tal-Knisja.
Fil-Kor tal-Parrocca, naraw li hemm ventartal iehor li ghandu l-istess suggett, igifieri in-Nome di Maria li ghandha id-dijja hierga minnha. Fuq il-gnub tieghu naraw zewg trilenji u tahthom skrizzjoni, li wahda tfakkar lill-Papa Beatu Piju IX u lid-Domma ta' l-Immakulata u l-ohra lill-Papa Qaddis Piju X li kien huwa li hareg id-digriet ta' l-Inkurunazzjoni. Mal-pilastri ewlenien tal-Kor, fil-granet tal-festa jitwahhlu zewg kuruni tar-rand mahdumin fil-fidda. Is-supraporta tal-Purtiera tas-Santwarju hija xoghol ta' Abram Gatt u nhadmet fil-fidda ghall-festa ta' Dicembru 1905.

Kull artal fil-Parrocca taghna ghandu l-gandlieri tieghu. Dawn huma kollha xoghol sabih fil-fidda. L-iktar li jigbdu l-ghajn huma dawk ta' l-artal maggur, li huma xoghol sabih fil-fidda, li meta tqis li fejn Parrocci ohra, Bormla mhijiex daqsek parrocca antika tara' l-pregju taghhom, ghall-fatt li f'Parrocci ohra, li huma bil-wisq antiki iktar minna, ghadhom juzaw gandlieri ta' l-injam. Il-Maggur ghandu wkoll sett appostli li huma tal-Fidda mastizz u li parigghom hemm il-vazuni tal-fjuretti.

Fin-nicca tal-Kuncizzjoni, fil-granet tal-festa, jintramaw bosta opri ohra tal-fidda, tiddomina fosthom ikun hemm il-giladra tal-fidda. Affarijiet ohra huma, sferi, relikwarji, messalli u affarijiet ohra li meta tarhom ikun fihom ghaxqa.

Kull artal ukoll ghandu l-lampier tieghu. Sfotunatament, wiehed mill-eqdem lampiera li kellna fil-Parrocca ta' Bormla, kien insteraq wara l-festa tas-sena 1980, u kien dak ta' l-artal ta' San Guzepp. Illum ghandna lampier iehor flok dan. Tal-fidda wkoll huma sett gastri li jintramaw mal-pilastri tal-Knisja matul il-gimgha tal-festa. Dawn ghal darb'ohra saru fuq disinn ta' Abram Gatt. Fuq kull wiehed minnhom hemm vazett li fihom joqoghdu fjurett tal-lama kull wiehed.

Ma jistax jonqos li meta tara knisja mimlija tezori tal-fidda, u kif kienu kapaci jzejnu l-Knisja taghhom missirijietna, hekk riedu wkoll li jaghmlu lill-vara titulari. Wara l-festa ta' l-1904, il-Kuncizzjoni ttiehdet Milan, ghand id-ditta Ghezzi e Figli, biex din issir tal-fidda skond kif kien iddisinjaha s-Surmast Abram Gatt. Din kellha ssir kompletament tal-fidda (inkluz il-viti u l-partijiet kollha li jghaqqduha). Din kellha tasal lura Malta, f'nofs Mejju, izda ghal xi raguni ddawmet iktar u waslet Malta fl-ahhar gimgha ta' Mejju, fejn ittiehdet fil-Konservatorju ta' San Guzepp biex tigi spezzjonata minn Abram Gatt innifsu. Jinghad ukoll li dan tant impressjoni ruhu li beka quddiem il-vara. Din giet inawgurata fil-Portiku tal-Knisja ta' Santa Margerita, nhar it-18 ta' Gunju, fejn imbghad twasslet sal-Knisja b'mod solenni. Fis-sena 1924, l-istess Gatt, biddel il-pedestall tal-vara, biex hekk issa kien bidel tista' tghid ghal kollox il-vara l-antika, biex b'dan ix-xoghol temm il-gawhra ta' qalbu. Fis-snin tal-gwerra, din il-vara flimkien mal-Kwadru ttiehdu Birkirkara ghall-kenn, u regghu lura f'Beltna fl-ikbar Pellegrinagg Nazzjonali li qatt sar minn Birkirkara sa Bormla bil-mixi. Il-vara hija mzejna b'diversi deheb u hagar prezzjuz. Ghandha erba' vazetti tal-fidda, ghall-fjuretti u fuqha hemm kuruna tal-fidda wkoll, li zzomm il-Mant taghha. Maz-zmien baqghu jsirulha interventi ta' restawr, l-ahhar wiehed isir fis-sena 2005, fl-okkazjoni tac-Centinarju taghha u ta' l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru. Kien xieraq ghalhekk li f'Dicembru ta' dik is-sena, l-Arcipriet taghna l-Kan. Joe Mifsud, libbes Stillarju gdid lil Marija Immakulata.
